|
Spiritwalita'
Il-bniedem jista' jasal ghand Alla
Alla mhux biss halaq lill-bniedem bhala xbieha Tieghu, imma wkoll halqu b’tendenza immedjata lejH. Hekk, Santu Wistin jghid li l-bniedem ghandu s-setgha u l-hila li jilhaq lil Alla, b’hekk l-bniedem jista’ jasal ghand Alla. Fil-fatt, Wistin jikkonferma dan billi jghid li l-bniedem huwa xbieha ta’ Alla sewwa sew ghaliex hu jista’ jasal ghand Alla (cf. It-Trinita’ 14,8,11). Madankollu, il-bniedem hu biss xbieha imperfetta, bhalma Wistin ifisser hu nnifsu:
Imma l-bniedem, li hu xbieha ta’ Alla, ma gie maghmul fl-ebda sens ugwali billi kien mahluq minnu u mhux twieled minnu. Hekk, biex naghmel dan il-punt, il-bniedem hu xbieha ta’ Alla b’tali mod li “hu xbieha tieghu”; jigifieri, hu mhux ugwali daqs Alla, imma hu qrib lejh b’certu xebh. Wiehed ma jersaqx lejn Alla billi jimxi meded twal tal-post, imma bix-xbieha u xebh u wiehed jitbieghed minnu minhabba n-nuqqas ta’ similarita’ u jew xebh. (It-Trinita’ 7,6,12)
Billi l-bniedem huwa xbieha imperfetta ta’ Alla, hu jista’ biss jilhaq lil Alla imperfettament hawnhekk fid-dinja. Fil-fatt, huwa biss fil-genna fejn il-bniedem jista’ jilhaq perfettament lil Alla. Matul hajtu, il-bniedem hu msejjah biex ikabbar ix-xebh tieghu ma’ Alla, ghaliex il-bniedem hu hieles u jista’ jew joqrob lejn Alla jew jitbieghed minnU. Bhalma Wistin jkompli jfisser li x-xebh tal-bniedem ma’ Alla mhix haga ta’ distanza fizika spazjali bejn Alla u l-bniedem. Minhabba li Alla hu spiritwali, il-bniedem jimxi aktar qrib Alla u jiskopri aktar id-dimensjoni spiritwali fih, filwaqt li meta jitbieghed minn Alla, huwa inqas jaghti kaz ta’ din id-dimensjoni spiritwali. Fl-ahhar, Wistin iqis li l-bniedem ikollu izjed gieh aktar Alla ma jkun qrib (It-Trinita’ 12,11,16).
Alla mhux biss halaq il-bniedem fix-xbieha tieghu, imma wkoll halqu b’tendenza immedjata lejH.

|