|
Spiritwalita'
Grazzja ta' Alla
Bhalma ghedna qabel, l-ideja ta' l-interjorita' ta' Santu Wistin hija dik tat-tfittxija tal-bniedem, mghejjuna bil-grazzja t'Alla. Infatti, ghal darb'ohra huwa jinsisti li t-tajjeb kollu li l-bniedem jaghmel, jaghmlu bl-assistenza t'Alla, ghaliex bil-qawwa taghna, ahna m'ahna xejn u dak li ahna, ghax mghejjunin bil-grazzja u l-hniena t'Alla.
Salm 71 (70) jikkumenta fuq il-grazzja t'Alla ghalina; huwa jfakkarna fuqna, li ahna m'ahna xejn, hu jimpressjonana li ahna x'ahna, ahna mghejjunin bil-hniena t'Alla, imma li dak kollu li nistghu nkunu mill-azzjonijiet taghna li jaghmilna hziena. (Spejazzjonijiet tas-Salmi 70, 1, 2)
L-aktar kelma importanti hawnhekk hija l-grazzja, li hi uzata f'sens teologiku, jigifieri, mghotija lilna b'xejn. Barra minn hekk, meta Santu Wistin, li hu msejjah "it-Tabib tal-Grazzja", juza l-espresjoni "il-grazzja t'Alla", hu jkun qieghed jirreferi ghall-operazzjoni divina fil-bnedmin, kif ukoll fl-angli, minn fejn huma mheggin sabiex jgharrfu u jhobbu 'l Alla. Konsegwentament, Alla hu dak li jmexxi l-bniedem lejH, anki meta jdur lejh stess, fl-interjorita', hija ppreceduta mill-grazzja t'Alla. Tant hu hekk, li meta Wistin kien qieghed jikkumenta fuq x'qal San Pawl fl-Ewwel Ittra lill-Korintin: “” (1 Kor. 4, 7) hu jinnota li jekk dan il-vers jinqara tajjeb, dan jimplika li l-fidi fiha nfisha hija rigal, allura hija att ta' grazzja min-naha t'Alla.
Din ix-xhieda, allura, ta' l-Appostlu Pawlu, fejn hu qal li sabiex nohonqu l-ftahir ta' l-bnedmin: "X'ghandek li ma nghatalikx?", ma ppermettix lil xi fidil jghid: Jien ghandi fidi li jien ghadni ma rcevejtx. Dawn il-kliem apostolici, allura, johonqu il-kburija kollha ta' din ir-risposta. Imma wiehed lanqas ma jista' jghid din: "Int, min hu li ghazlek? X'ghandek li ma nghatalikx? U jekk inghatalek, l-ghala tiftahar bhallikieku ma nghatalek xejn?" (1 Kor. 4,7) (Fuq il-Predestinazzjoni tal-Qaddisin 4,8)
Il-bniedem hu kapaci li jilhaq 'l Alla, ghalkemm li tilhaq 'l Alla mhix biss hi kwistjoni ta' l-bniedem; hija wkoll rigal, il-grazzja t'Alla, li tghin l-bniedem fl-isforzi tieghu.

|