Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 
  Navigazzjoni » Spiritwalita'
Dhul
Issettja din il-websajt bhala l-homepage tieghek
Zid din il-websajt mal-lista tal-favoriti tieghek
Ipprintja din il-pagna
Ibghat din il-websajt lil hbiebek
Sezzjoni tal-Membri
Fittex fid-direttorju tal-websajt
Ikkuntatjana
Aqra din il-pagna bl-Ingliz
 
 

Navigazzjoni
Introduzzjoni
Ordni ta' Santu Wistin
Provincja ta' San Mark
Santu Wistin
Spiritwalita
Qaddisin Agostinjani
Ikonografija
Komunitajiet
Arkitettura u Arti
Hidma Pastorali
Missjonijiet
Vokazzjonijiet
Talb
Pubblikazzjonijiet
Downloads
Ahbarijiet
Muzika
Links
eCards Agostinjani
Ktieb tal-Vizitaturi
Kontributuri


Spiritwalita'

Interjorita'

Wistin jghid li minhabba li l-bniedem gie mahluq xbieha ta’ Alla u b’tendenza immedjata lejH, il-gieh tal-bniedem jinkiseb billi jsir jixbah aktar lil Alla (It-Trinita’ 12,11,16). Madankollu, hija cara li mhux kulhadd jirrealizza dan, hekk li wiehed jista’ jitkellem fuq aljenazzjoni, li giet bhala rizultat ta’ nuqqas ta’ taghlim tal-fidi rrevelata, li Alla halaq l-umanita’ fuq ix-xbieha tieghU (cf. Genesi 1, 26 – 27) jew il-fatt li l-bniedem jista’ jasal ghand Alla u hekk jista’ jilhaq lil Alla. Sabiex wiehed jissufera t-tieni forma ta’ aljenazzjoni, Wistin jipproponi t-triq ta’ l-interjorita’, jigifieri dik li titlaq mid-dinja fizika lejn dik spiritwali, mid-dinja ta’ barra ghal dik ta’ gewwa (cf. Istqarrijiet 10,6,8-7,11), hekk li Wistin jistieden lil dawk li huma nteressati biex javvanzaw fil-hajja spiritwali: “Tmurx ‘il barra , imma rritorna fik innifsek ghax Alla jghammar fiH innifsu” (cf. Ir-Religjon Vera 39, 72). Hekk, l-ispiritwalita’ ta’ Wistin timplika li tidhol aktar fil-profond ta’ dak li jkun (Istqarrijiet 7,10,16) fejn wiehed jiltaqa’ mal-kuxjenza tieghu, li hi mahluqa bhala xbieha ta’ Alla”. (It-Trinita’ 14,4,5).

Wistin jikkonferma li kienu l-kotba Neo-Platonici, li hajruh biex jerga’ lura lejh innifsu. Imma l-interjorita’, hekk kif fehma hu, hija aktar minn tfittxija filosofika personali:

F’dik il-kitba rajt twissija biex nerga’ nidhol fija nnifsi u taht it-tmexxija tieghek nibqa’ diehel sal-qiegh ta’ qalbi. Dan stajt naghmlu, ghax int kont il-ghajnuna tieghi. Ghalhekk dhalt, u bid-daqxejn ta’ dawl f’ghajnejn ruhI, ‘il fuq mill-istess ghajnejn ta’ ruhi, ‘il fuq mid-dehen tieghi, ilmaht dawl li ma jinbidelx. Ma kienx dan id-dawl ta’ kuljum li kulhadd jara, anqas iehor bhalu aqwa minnu donnu l-istess dawl imma jiddi wisq u wisq aktar u jimla kullimkien bil-qawwa tieghu. Id-dawl li rajt ma kienx hekk, imma iehor, ma ghandu x’jaqsam xejn ma’ dawn id-dwal kollha. Ma kienx mifrux fuq dehni bhaz-zejt f’wicc l-ilma, anqas bhalma s-sema hu mifrux ‘il fuq mill-art, imma izjed ‘il fuq, ghax hu halaqni u jiena tahtu ghax mahluq minnu. Min jaghraf il-verita’ jaghraf lilu, u min jaghraf lilu jaghraf il-hajja ta’ dejjem. L-imhabba tagharfu. O verita’ ta’ dejjem, imhabba vera, eternita’ ghaziza! Inti Alla tieghI, lilek nitniehed lejl u nhar.
(Stqarrijiet 7,10,16)

Wistin dahal fl-aktar postijiet interni tieghu taht il-gwida ta’ Alla. Aktar minn hekk, l-interjorita’ tmur aktar lil hinn mill-meded ta’ l-univers estern ghal dak intern, bhalma Santu Wistin jghidilna li filwaqt li wiehed jidhol fih innifsu, hemm isib id-dawl, li fl-ahhar mill-ahhar, mhux dawl komuni, imma xi haga differenti, kompletament differenti, ghax dan id-dawl huwa Alla nnifsu. Hekk, it-tfittxija ta’ l-interjorita’, li hija sforz uman taht l-assistenza t’Alla, li twassal ghall-kontemplazzjoni ta’ Alla nnifsu. L-interjorita’, skond Wistin, hija ezercizzju li tkun taf lilek innifsek u dwar Alla, fejn it-taghlim fuqek innifsek hija l-ewwel targa krucjali lejn it-taghlim ta’ Alla (Is-Solilokwi 1,9,16).

L-Ispiritwalita’ ta’ Wistin hi mibnija fuq metodu filosofiku, dak ta’ l-interjorita’, bhala mezz li bih l-bniedem ikun jista’ jilhaq lil Alla.

 

 


Tfittxija
 

il-kliem kollha
kwalunkwe kliem
il-frazi ezatta

Kalendarju

 

 

 

© Provincja Agostinjana Maltija
support@augmalta.org

 

counter free hit invisible