Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 
  Navigazzjoni » Spiritwalita'
Dhul
Issettja din il-websajt bhala l-homepage tieghek
Zid din il-websajt mal-lista tal-favoriti tieghek
Ipprintja din il-pagna
Ibghat din il-websajt lil hbiebek
Sezzjoni tal-Membri
Fittex fid-direttorju tal-websajt
Ikkuntatjana
Aqra din il-pagna bl-Ingliz
 
 

Navigazzjoni
Introduzzjoni
Ordni ta' Santu Wistin
Provincja ta' San Mark
Santu Wistin
Spiritwalita
Qaddisin Agostinjani
Ikonografija
Komunitajiet
Arkitettura u Arti
Hidma Pastorali
Missjonijiet
Vokazzjonijiet
Talb
Pubblikazzjonijiet
Downloads
Ahbarijiet
Muzika
Links
eCards Agostinjani
Ktieb tal-Vizitaturi
Kontributuri


Spiritwalita'

Dimensjoni Komunitarja

Dak li ghedna x'issa, kapaci jwassal lill-qarrej biex jahseb li Santu Wistin kien bniedem li pprefera jghix hajja ghalih wahdu u li l-ispiritwalita' tieghu kienet dik ta' eremita. Din hija kompletament falza, ghaliex Wistin kien ihobb joqghod fil-kumpanija ta' shabu. Fl-Istqarrijiet tieghu, hu jirrakkonta kif meta kien kifel, hu kien dejjem herqan li jilghab ma' shabu (Istqarrijiet 1, 9, 15); imbaghad bhala adoloxxenti, hu kellu habib intimu u mieghu kien jaqsam l-interessi komuni u li kien ghaziz hafna ghalih (Istqarrijiet 4, 4, 7), tant hu hekk li kkunsidrah bhala nofs ruhu: "Jien kont inhoss li ruhi u ruhu kienu ruh wahda f'zewgt igsma ..." (Istqarrijiet 4, 6, 11); u finalment, f'zghozitu, il-hbiberija saret konsolidali - haga wahda.

... it-tahdit u d-dahk bejnietna, ir-rispett hlejju lejn xulxin, il-qari flimkien ta' kotba li jogghbu, ic-cajt flimkien u l-moghdija taz-zmien bejnietna, xi drabi nuqqas ckejken ta' ftehim bla ebda mibeghda bhal meta wiehed jehodha mieghu nnifsu, il-hafna qbil mejietna li naslu ghalih permezz ta' l-istess nuqqas rari hafna ta' ftehim, it-taghlim lil xulixn jew minn xulxin, ix-xewqa bla sabar ghall-hbieb imbiegda, il-merhba ferrieha li naghtuhom meta jergghu lura fostna: dawn, flimkien ma' sinjali ohra bhalhom, hergin minn qlub li jhobbu u jinhabbu u mfissrin permezz tal-fomm, l-ilsien, il-ghajnejn u elf tqanqila ohra mill-ohla, kienu qishom gamar idewbilna l-erwieh taghna u minn hafna rwieh isawwar wahda biss.
(Istqarrijiet 4, 8, 13)

Ahna nistghu nghidu li Wistin kien naturalment inklinat biex jghix bil-kumpanija. Tant hu hekk, li bhala adult, hu u xi hbieb minn tieghu hargu bl-ideja li jghixu flimkien, sabiex jiffurmaw komunita' ta' rgiel li jiddedikaw ruhhom ghall-istudju u jinqatghu mill-inkwiet tad-dinja, fil-linja ma' komunitajiet filosofici ohrajn ezistenti.

Konna hafna hbieb nithaddtu bejnietna b'ruhna mhawda. Ma konniex nahmlu d-dwejjaq u t-tahbit tal-hajja tal-bniedem, u ghalhekk konna qisna diga' qtajnieha li mmorru nghixu xi mkien fil-kwiet 'il boghod mill-kotra. Din il-hajja fassalnieha b'mod li nigbru flimkien il-gid kollu li kull wiehed minna seta' kellu u naghmlu minnu gid wiehed li jkun ta' kulhadd. Nghixu flimkien bi hbiberija sinciera u ma jkollniex dan ta' wiehed u dak ta' l-iehor, izda nigbru l-gid kollu f'wiehed biex kollox ikun ta' kull wiehed u kollox ta' kulhadd.
(Istqarrijiet 6, 14, 24)

Izda mbaghad bdejna ngibu quddiem ghajnejna jekk in-nisa li xi whud minna diga' kellhom maghhom, kif ukoll in-nisa li ahna wkoll ridna maghna, kinux se jhalluna nghixu hajja bhal din. U hekk il-pjan li fassalna bil-ghaqal inhall f'idejna, thassar u rmejnieh.
(Istqarrijiet 6, 14, 24)

Eventwalment, Wistin tejjeb din l-ideja u dan il-progett gie ippruvat ghal xi xhur "... f'Cassiciaco fejn Mulej qghadna nistriehu fik 'il boghod mill-hsejjes tad-dinja" (Istqarrijiet 9, 3, 5). Meta, aktar tard, hu rritorna lura f'beltu Tagaste, mqawwi bil-komunitajiet monastici li kien ra fl-Italja, hu ttrasforma din l-ideja f'idejal monastika tieghu, fejn l-ghan kien li nfittxu 'l Alla permezz tal-hajja komunitarja.

Dawn huma l-hwejjeg li rridukom tharsu, intom li tinsabu migbura fil-monasteru.
(Regula 1, 1)

L-ewwel haga, li minhabba fiha intom ingbartu flimkien, hi li tghixu ghalenija fid-dar halli jkollkom ruh wahda u qalb wahda f'Alla.
(Regula 1, 2)

Hawnhekk ninnutaw li l-hbiberija (minn issa 'l quddiem insejhula komunjoni fraterna) mhix aktar it-tmiem fih innifsu, bhalma Wistin iz-zghir kien jahseb. Issa, nistghu naraw li l-irbit tal-hbiberija (irbit fratern) jressqek lejn ghan: it-tfittxija ghal Alla, allura l-kuncett ta' hbiberija hi elevata lejn dimensjoni spiritwali.

Aktar minn hekk ghal Santu Wistin, li tghix f'komunita' hija mod prattiku fuq kif wiehed jista' jghix il-vokazzjoni fundamentali umana, li hija bhalma ghedna qabel dik li tirrealizza li l-bniedem hu mahluq xbieha t'Ala u eventwalment li jsir jixbah aktar 'l Alla. Din hija mistqarra cara fl-ahhar ta' l-ewwel kapitlu fir-regola monastika fejn Wistin jizgura li l-bniedem sar tempju t'Alla.

Ghalhekk ghixu lkoll ghalenija u maghqudin flimkien u qimu f'xulxin lil Alla li tieghu sirtu ghamara qaddisa.
(Regula 1, 8)

F'din il-kwotazzjoni, ir-referenza li "tonora 'l Alla" tista' twassalna sabiex nahsbu li fil-kult (qima) moghti 'l Alla fit-talb, ghalkemm bhalma Patri VAN BAVEL jinnota "l-onorazzjoni t'Alla" ta' Santu Wistin tirreferi l-ewwel u l-akar ghar-relazzjonijiet umani bejn il-patrijiet u s-sorijiet li flimkien jiffurmaw il-komunita'. Tant hu hekk li meta Wistin jikkumenta fuq Salm 132, hu jistqarr li:

... dak li jghixu skond l-unur tal-Mulej. Ghal dawk li huma f'konflitt, ma ghandhomx jonoraw lill-Mulej.
(Espozizzjoni fuq Salm 132, 132)

Ghal din ir-raguni, patri jew soru Agostinjana li huma intenzjonati li mill-qrib jsegwu it-taghlim ta' Santu Wistin, sabiex verament jonoraw 'l Alla, qabel kollox ghandhom ifittxu li jistabilixxu relazzjonijiet ta' mhabba tajbin mal-membri tal-komunita'.

Filwaqt li z-zghir Wistin kien fil-mixja lejn il-hbiberija, ghal dak il-ghan partikolari, eventwalment aktar ma kiber u mess il-filosofija, hu ra ghaqlija li hbiebu - l-aktar hbieb tal-qrib - ghandhom jghixu flimkien u flimkien ifittxu ghall-verita'. Ghalkemm dan il-pjan qatt ma twettaq fir-realta', f'din il-mixja, hu ghaqqad din l-ideja ma' l-idejal monastiku Nisrani u eventwalment, hu ghaqqad grupp ta' hbieb li kienu qrib tieghu sabiex jghixu flimkien u flimkien ifittxu l-verita' fundamentali, Alla nnifsu.

 

 


Tfittxija
 

il-kliem kollha
kwalunkwe kliem
il-frazi ezatta

Kalendarju

 

 

 

© Provincja Agostinjana Maltija
support@augmalta.org

 

counter free hit invisible