|
Spiritwalita'
Xbieha ta' Alla
Santu Wistin jibda l-ktieb awtobijografiku popolari tieghu, “L-Istqarrijiet”, b’din it-talba:
Kbir int, Mulej, u ta’ min ifahhrek hafna: int ta’ qawwa kbira, u bla tarf id-dehen tieghek. U jrid ifahhrek il-bniedem, din in-nitfa mill-holqien tieghek, il-bniedem li jgorr madwaru hajtu li tmut, li jgorr madwaru
x-xhieda ta’ dnubu u x-xhieda li inti tieqaf lill-kburin. Imma jrid ifahhrek il-bniedem, din in-nitfa mill-holqien tieghek. Inti nnifsek tqanqlu biex jitghaxxaq ifahhrek, ghax int ghamiltna ghalik, u qalbna ma ssibx kwiet qabel ma tistrieh fik.
(Stqarrijiet 1,1,1)
Bis-sahha ta’ din it-talba, Wistin wera mhux biss ix-xewqa mhegga tieghu biex jfahhar ‘l Alla li jista’ kollox, imma wkoll l-konvinzjoni profonda tieghu biex il-bnedmin kollha juru din ix-xewqa li jaghmlu l-istess. Ir-raguni ta’ din il-konvinzjoni profonda hija l-fatt li Alla ghamel il-bniedem u pingieh xbieha tieghu u hekk, il-qalb tal-bniedem mhi kwieta qatt sakemm ma tistriehx Fih. Din hija r-riflessjoni ta’ Santu Wistin fuq il-passagg tal-Bibbja mill-Genesi 1, 26 – 27:
U qal Alla: “Ha tnissel l-art hlejjaq hajja skond genshom: bhejjem tad-dar, annimali li jitkaxkru, u bhejjem selvaggi, skond genshom …” U Alla halaq il-bniedem fuq xbihietu fuq xbihat Alla halqu, ragel u mara halaqhom…
Ghalkemm il-bniedem, bhal kull hlejqa ohra, hu mahluq minn Alla, biss, hemm differenza wahda u fundamentali minhabba li l-bniedem gie mahluq wkoll bhala xbieha ta’ Alla. Minn Santu Wistin nikkonkludu li l-ewwelnett, l-isforz spiritwali hi xi haga naturali ta’ kull persuna, u t-tieninett, l-isforz spiritwali mhi xejn hlief li tirrealizza li l-bniedem gie mahluq xbieha t’Alla, u fl-ahhar issir iktar qrib t’Alla.
L-ispiritwalita’ ta’ Wistin insibuha fit-taghlim tal-Bibbja fejn il-bniedem gie mahluq xbieha t’Alla u hekk l-isforz spiritwali mhi xejn hlief li tirrealizza dan il-fatt.

|