Akkumpanjament
Permezz tal-laqghat u l-attivitajiet li torganizza, il-kummissjoni timpenja lilha nfisha li takkumpanja lit-tfal, adoloxxenti u zghazagh fil-mixja taghhom biex jiskopru lilhom infushom, il-kwalitajiet sbieh li kull wiehed ghandu, u s-sejha li l-Mulej jista jkun qed jaghmlilhom. Barra mil-laqghat u l-attivitajiet, dan is-servizz ta' akkumpanjament vokazzjonali huwa miftuh ghaz-zghazagh kollha, anke dawk li qatt ma attendew dawn il-laqghat.
Illum, aktar minn qatt qabel, nifhmu l-bzonn li kull wiehed ihares lejn l-istorja partikolari tieghu u fic-cirkostanzi tal-hajja, jiskopri l-id setghana ta' Alla li tahdem f'kull wiehed minnha. Il-patrijiet Agostinjani joffru s-servizz li jiltaqghu mieghek, jisimghuk u jghinuk tifhem aktar il-prezenza ta' Alla li hemm fik. Dan jaghmluh waqt li jimxu mieghek il-mixja tal-hajja bl-isfidi u l-mistoqsijiet li ggib maghha.
Liz-zghazagh noffrulhom anke l-possibilita li jigu jghaddu xi jiem fil-komunita taghna tar-Rabat fejn jaqsmu maghna mill-qrib il-hajja taghna, mibnija fuq l-esperjenza tal-ewwel komunita nisranija. Hawnhekk, huma jghixu r-realta' tal-hajja taghna ta' kuljum, billi jaqsmu maghna, it-talb, l-Ewkaristija, l-ikel, ir-rikreazzjoni u x-xoghol, partikolarment fis-servizz ta' l-ahwa u tal-Knisja. Fuq kollox naqsmu flimkien is-sabih tal-istorja, l-esperjenzi u l-kwalitajiet ta kull wiehed minna.
Jekk tixtieq titkellem ma xi hadd jew tghaddi xi jiem ta esperjenza tal-hajja taghna fil-komunita taghna tar-Rabat, tista' tiktbilna billi taghfas HAWNHEKK jew timla l-formola ta' hawn taht u tistenna minghandna.