Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 
  Introduzzjoni
  Min ahna?
  Gruppi u Attivitajiet
  Akkumpanjament
  Esperjenzi
  Itlob u irrifletti
  Blog
  Multimedia
  FAQ
Fittex  
Idhol fil-websajt tal-Provincja Agostinjana
Dhul
Issettja din il-websajt bhala l-homepage tieghek
Zid din il-websajt mal-lista tal-favoriti tieghek
Ipprintja din il-pagna
Ibghat din il-websajt lil hbiebek
Ikkuntatjana
 

-- Santu Wistin  

 


Esperjenzi

Stephen Camilleri (student Agostinjan) jaghtina l-esperjenza tieghu

Nistqarr maghkom li qatt ma kont ha nobsor li ha naghzel it-triq li ghazilt. Minn dejjem kelli skopijiet ohra f’hajti. Fil-fatt, kelli affezzjoni kbira f’dak kollu li ghandu x’jaqsam ma’ teknologija – computer technician, computer programmer jew xi haga hekk.

L-ewwel kuntatti li kelli mal-Patrijiet Agostinjani kien propju fil-Form 1, meta dhalt fil-Kullegg Santu Wistin. Bdejt nattendi l-laqghat tal-vokazzjonijiet ghas-semplici raguni sabiex naghmel aktar hbieb u xejn xejn, naqta’ ftit mill-istudju u l-iskola. Meta mbaghad bdejt l-Form 3, Fr. Alex, li minghajr ma naf kien ilu jsegwini, kellimni u staqsieni jekk hux possibli li nibda norganizzahom jien il-laqghat tal-vokazzjonijiet. Ghall-ewwel, nistqarr maghkom li hadt ftit qata’ ghaliex bdejt nghid, minn tant nies lili sab? Biss, dan il-process li norganizza dam sejjer sal-Form 5 u qatt ma naf li kelli l-inqas dispjacir. Wara l-ezamijiet ghall-post-sekondarja, ghazilt is-suggetti li fuqhom kelli nkompli sabiex nfassal il-futur tieghi. Izda hawnhekk mort zmerc ghaliex il-pjanijiet t’Alla kont ghadni ma nafhomx. Ma nafx kif, bdejt niskopri xi haga fija li qabel qatt ma kont hassejtha. Skoprejt li filwaqt li jien kont qieghed nipprepara l-materjal ghal-laqghat tal-vokazzjonijiet, kont qieghed ninbena vokazzjonalment minn gewwa. Hawnhekk dahal fix-xena Fr. Franco, li kien attiv hafna fil-qasam vokazzjonali u kien surmast ta’ l-istudenti. Wara li qsamt dak li kelli mieghu, hu kompla ggwidani fit-triq li riedni Alla. Il-qofol intlahaq fil-live-in tas-sajf tal-Form 5, meta jiena ddecidejt li nibda din l-esperjenza l-gdida mal-patrijiet. Nistqarr maghkom li kont xi ftit bezghan ghaliex kulma ghad kelli, kien biss 15-il sena. Biss, nirringrazzja ‘l Alla li dan il-biza’ ghelibtu u ma tantx domt sabiex drajt il-hajja tal-kunvent.

Illum, hames snin wara, ghadni maghhom u pubblikament nistqarr li ninsab kuntent hafna bid-decizjoni li kont hadt. Tghiduli, li dak kollu li kont ippjanajt, ma swieli xejn? Jien nghidilkom li dak li hdimt fil-passat sibtu ghaliex filwaqt li qieghed niehu l-formazzjoni mehtiega, permezz tas-surmast tieghi Fr. Josef, niehu hsieb il-manutenzjoni tal-computers fil-kunvent u wasalt ukoll sabiex ftaht il-website tal-Provincja Agostinjana Maltija u l-website tal-vokazzjonijiet. Dan kollu qieghed nghidu ghal ebda raguni ohra hlief wahda. Hadd ma jaf x’inhuma t-toroq tal-Mulej. Alla jaghlaq bieb u jiftah mija, dejjem jekk thallih imexxik fejn irid hu. Min-naha tieghi, nkompli nheggigkom sabiex tibqghu tigu ghal-laqghat. Ma jfissirx li kull min ha jigi ha jidhol patri, ghaliex fi zmieni, jien kont l-unika wiehed li dhalt, min-numru kbir ta’ zghazagh li konna. Alla ma jaghzilx biss minn hemm. Jekk Alla ghandu bzonnok, ser isejjahlek f’kwalunkwe post li tkun – kemm zghir jew kbir, kemm jekk tahdem u kemm jekk le. Xejn ma nghidilkom – hallu qlubkom miftuha ghal Alla u qatt tghidulu le ghaliex il-mohh ta’ Alla hadd ma jifhmu u jekk int determinat li taghmel xi haga f’hajtek, zgur li ha jirnexxilek taghmilha, ghaliex Alla jaf b’kull hsieb li ghaddej minn mohhok.

 

 

 
counter free hit invisible