FAQ
Ghandi vokazzjoni?
L-ewwel vokazzjoni hija ghall-hajja. Il-bniedem huwa msejjah biex jghix hajtu fuq ix-xbieha ta' Alla. It-tieni vokazzjoni tan-nisrani hija biex jghix f'ghaqda ma' Kristu. Din is-sejha ghall-ghaqda ma' Kristu tattwa ruhha fil-Knisja. Il-vokazzjoni hija sejha ghall-qdusija. Din il-qdusija tiehu forom diversi, daqs kemm hemm vokazzjonijiet specifici li Alla joghgbu jzejjen bihom il-Knisja u l-umanita'.
Wahda mill-vokazzjonijiet specifici hija dik ghall-hajja religjuza. Din hija sejha lil xi whud biex jaghtu hajjithom kollha Lilu, billi jghixu ghalih biss, bla familja msawra mid-demm, bla ghana u gid li jistghu jsejhu taghhom, u billi jaqduh fil-proxxmu halli jkomplu l-missjoni ta' Kristu Feddej li kien jghaddi minn kullimkien, jaghmel il-gid u jfejjaq il-griehi tar-ruh u tal-gisem.
Il-vokazzjoni tigi offruta lil xi whud minn Alla bhala stedina biex inwettqu missjoni. Is-sehem tieghek, jekk ikollok stedina bhal din, hu li jwiegeb ghaliha b'mod hieles. Kif taghraf din il-vokazzjoni?
L-ewwel mod kif taghraf din il-vokazzjoni hi permezz tat-talb – billi tara hajtek kollha fid-dawl tal-fidi; billi toqghod attent ghal dawk il-mumenti meta thoss aktar il-prezenza t'Alla b'mod qawwi per ezempju waqt xi rtir, waqt il-qari tal-Kelma t'Alla … etc.
Alla juri ruhu permezz ta' sinjali li jidhru. Fost dawn, hemm il-kwalitajiet li Alla zejnek bihom. Dawn il-kwalitajiet huma necessarji biex inti tkun tista' twettaq il-missjoni tieghek: hajja spiritwali, ghaqda ma' Alla, imhabba personali ghal Kristu, xewqa qawwija li tikkommetti lilek innifsek kompletament ghal Alla u mhabba generuza li tidher fil-qadi ta' l-ohrajn.
Il-vokazzjoni titlob ukoll certa maturita'. Din tfisser karattru sod, fost ohrajn, u affettivita' bilancjata. B'mod konkret tinkludi l-mod kif tesprimi l-emozzjonijiet tieghek, attitudni pozittiva lejn kapacita' ta' komunikazzjoni ma' l-ohrajn, sens ta' responsabbilta' u adattament, mod ta' hsieb miftuh u qalb li tifhem u thoss.
Fattur importanti sabiex taghraf il-vokazzjoni tieghek hi l-motivazzjoni ta' l-ghazla ghal din il-hajja. Qieghed tfittex verament ir-rieda t'Alla, li tghix ghalih, li taqdi lilu u lill-proxxmu tieghek b'imhabba genwina? Jew din il-motivazzjoni spiritwali hi mqanqla minn xi mottivi ohrajn?
Mill-banda l-ohra ma tridx taqta' qalbek jew tara li inti ma ghandekx dan il-kwalitajiet f'livell gholi. Mhux bizzejjed li jkollok il-kwalitajiet mehtiega imma li tghid “iva” u bil-generozita u l-fidi.
X'differenza hemm bejn il-vokazzjoni ta' lajk u dik religjuza?
Fl-essenza taghha, m'hemm l-ebda differenza bejn lajk u religjuz. Kull min jemmen huwa msejjah minn Kristu, skond l-istat u l-kundizzjoni li jghix fiha u kulhadd skond it-triq propja tieghu, ghal dak il-perfezzjoni ta' qdusija ghax qaddis huwa l-Missier tas-sema.
X'differenza hemm bejn vokazzjoni ta' patri u ta' qassis?
L-Istituti religjuzi (patrijiet) ghandhom konsagrazzjoni specjali lil Alla permezz ta' professjoni pubblika tal-kunsilli evangelici, b'karizma specifika u forma stabbli ta' hajja komuni. L-istituti sekulari (qassisin) m'humiex marbutin b'hajja komuni jew voti pubblici. Huma jghixu l-konsagrazzjoni taghhom lil Alla fid-dinja, bi stil ta' hajja “sekulari” skond il-karizma ta' l-istitut, li tinkludi minnha nfisha is-sekolarita'.
X'ghandha specifiku il-hajja religjuza?
1) Fir-radikalita' u s-sbuhija taghha fl-impenn ghall-perfezzjoni, tant li tintrabat b'vot, ukoll f'dawk l-affarijiet li ghal bqija ta' l-insara huma biss kunsilli (pariri) evangelici.
2) Billi terga' tghajjex llum fil-Knisja certi aspetti tal-hajja ta' Kristu, skond il-karizmi differenti, specjalment fic-celibat ghas-Saltna.
3) Fl-atteggament ta' disponibilta' shiha u partikolari ghas-servizz ta' l-ahwa, skond il-missjoni propja ta' kull istitut.
4) Billi tkun sinjal eskatologiku ghall-insara kollha, permezz tal-hajja komunitarja u x-xhieda pubblika.
Kif ha nkun naf li qieghed nigi msejjah biex inkun Agostinjan, bid-diversita' ta' ordnijiet religjuzi li hawn?
Tiddixxerni l-vokazzjoni tieghek ghall-hajja religjuza jew sekulari hi process li primarjament tirrikjedi talb u direzzjoni spiritwali kontinwu. Is-sejha fundamentali ta' l-Evangelju hija sejha ghal konverzjoni, bidla fil-qalb, fejn wiehed jibda jiccentra hajtu bir-renju t'Alla mghotija lilna fi Kristu. Wistin esperjenza din is-sejha fit-tfittxija bla waqfien tal-verita'. Hu jirrakkonta l-konverzjoni tieghu u l-fatt li sar jaf lilu nnifsu u ‘l Alla fl-Istqarrijiet. Il-konverzjoni hi possibli ghal Wistin bl-ghajnuna tal-grazzja t'Alla u tal-hbiberija u l-ospitalita' li hu esperjenza ma' haddiehor.
Il-hbiberija u l-ospitalita' huma zewg karatteristici ta' l-ispiritwalita' Agostinjana. Ghal Wistin u ghalina, il-hajja hi meqjusa bhala vjagg. Flimkien, ahna “fi triqtna lejn Alla”. L-Agostinjani jaghmlu minn kollox sabiex ikollhom dawn iz-zewg karatteristici fil-komunitajiet taghhom, fejn il-membri jisimghu u jwiegbu ghas-sejha tal-konverzjoni.
Kemm hi twila l-formazzjoni sabiex nilhaq patri Agostinjan?
It-twegiba ghas-sejha t'Alla, tfisser ukoll qalb lesta li tifforma ruha ha ssir tixbah lil dak li sejhilha. Fl-Ordni Agostinjan, dan hi mixja li fiha diversi passi. Hekk kif wiehed jibda jinduna bis-sinjali tas-sejha, jara f'hiex tikkonsisti l-hajja religjuza u jaghmel l-ewwel esperjenzi fil-komunita'. Biex zghazugh jidhol fil-komunita' jrid ikun ghalaq it-tmintax-il sena u jkun ta' sahha tajba. Ma' l-edukatur vokazzjonali z-zaghzugh jikber fl-gharfien tas-sejha li l-Mulej jista' jkun qed jaghmillu. Meta wiehed ihossu konvint li jixtieq jipprova din il-hajja, jitlob li jaghmel esperjenza fit-tul fil-komunita'. F'din il-fazi z-zghazugh ikun inkoraggit izomm il-kuntatti mal-familja u l-hbieb, u dan billi tmiem il-gimgha jqattghu d-dar. Hekk kif iz-zaghzugh ihoss li ghandu jaghti hajtu lil Alla b'dan il-mod, jibda l-prenovizzjat li jdum sentejn. Fit-tieni sena ta' din il-fazi, iz-zaghzugh jibda l-ewwel sena fl-universita' jistudja l-filosofija u t-teologija (l-kors universitarju jdum hames snin). Wara s-sentejn tal-prenovizzjat, jekk ikun accettat, jintbaghat sena novizzjat. Wara n-novizzjat, in-novizz ikompli l-kors universitarju filwaqt li jaghti ruhu lil Alla permezz tal-professjoni semplici. Il-voti tal-kastita', faqar u ubbidenzja jibqghu mgeddin kull sena ghal tlett snin shah, sakemm fl-ahhar ssir ic-cerimonja tal-professjoni solenni.
X'inhu l-prenovizzjat?
Il-prenovizzjat hu zmien ta' prova fejn il-prenovizz jitfa' hafna mill-energija fuq il-formazzjoni tieghu bhala bniedem shih. Wiehed jikber fl-gharfien tal-hbiberija u l-imhabba ta' l-ahwa ... waqt li jiskopri dejjem aktar lilu nnifsu u s-sabih li l-Mulej zera fih, jibni dak kollu mehtieg fil-karattru sabiex is-sejha ta' Alla tkompli ssib art tajba. Matul il-prenovizzjat jibda l-ewwel kuntatt mal-figura sabiha ta' Santu Wistin, li ahna nqisuh bhala l-missier spiritwali taghna.
X'inhu in-novizzjat?
Il-pass wara l-probandat ikun in-novizzjat, li hi sena specjali hafna fil-formazzjoni u tibda b'cerimonja msejha vestizzjoni, fejn iz-zghazugh jircievi l-libsa (tonika) agostinjana u c-cintura. Tul is-sena ma jsirx studju akkademiku izda l-formazzjoni ticcentra fuq il-hajja spiritwali (l-interjorita'), fl-gharfien ikbar ta' Gesu Kristu u tal-Kelma t'Alla, fl-esperjenza tat-talb u fit-tishih ta' l-imhabba lejn Ommna Marija. Santu Wistin missierna jigi studjat aktar fil-fond fil-kitbiet tieghu u fir-Regola li hu halla ghal dawk li jixtiequ jimxu fuq l-istil ta' hajja mfassla minnu. Jigu studjati wkoll l-Istorja, l-Ispiritwalita' u l-Kostituzzjonijiet ta' l-Ordni Agostinjan, li fuqhom infasslu l-hajja taghna ta' kuljum.
X'inhu il-professorju?
Fi tmiem is-sena, in-novizz jaghti ruhu lil Alla permezz tal-professjoni; iwieghed li jghix safi, u ubbidjenti u bla xejn tieghu fil-komunita'. Dan iz-zmien jissejjah professorju u hafna mill-hin hu ddedikat ghall-istudju tat-teologija, flimkien ma' esperjenzi f'komunitajiet differenti kemm Malta kif ukoll f'postijijet tal-missjoni. Wara mill-inqas tliet snin, issir il-professjoni solenni. B'hekk issir haga wahda ma' l-ahwa tal-familja agostinjana, imxerrda mad-dinja kollha. Dawk li jkunu msejhin ghall-hajja sacerdotali, fi tmiem l-istudji tat-teologija jkunu ordnati djakni, sabiex jaqdu lill-Knisja fix-xandir tal-Kelma. Imbaghad, bl-ordinazzjoni sacerdotali jibda z-zmien ta' servizz pastorali fil-komunitajiet agostinjani differenti fost il-poplu ta' Alla.
X'inhu il-vot?
Il-vot li jissejjah ukoll Kunsill Evangeliku, ghandu l-ghan li jaghti glorja lil Alla, waqt li jiffissa l-harsa tar-rieda tal-bniedem fuq it-tajjeb u fl-istess hin jaghmel l-almu tieghu kollu sabiex ikisser kull gibda ghad-dnub mill-gheruq. Hekk il-bniedem ghandu ghajnuna sabiex jinheles minn dawk il-gibdiet li jinsabu fil-bniedem, waqt li jaghqdu haga wahda mal-Knisja. Ghalhekk, fil-vot hemm l-aspett ta' cahda u rinuncja ta' tlett valuri relevanti fil-hajja tal-bniedem: iz-zwieg u l-familja naturali (kastita'), l-pusses hieles ta' propjeta' personali (faqar) u t-tfassil awtonomu tal-hajja personali presenti u futura (ubbidjenza). Hemm ukoll aspett pozittiv ta' l-ghotja shiha (tal-persuna, tal-gid, tal-progetti) ghat-twettiq ta' pjan aktar gholi u differenti, bhala twegiba ghas-sejha ta' Alla, f'mixja aktar mill-qrib wara Kristu f'familja karizmatika mqanqal mill-Ispirtu.