Introduzzjoni
Meta nitkellmu dwar animazzjoni vokazzjonali, nitkellmu mill-esperjenza li naqsmu l-ferh tal-Mulej, mhux biss fil-komunitajiet taghna bhala religjuzi Agostinjani, izda anke ma dawk it-tfal u z-zghazagh li jkunu nteressati jsiru jafu aktar dwar il-hajja taghna. Diversi religjuzi huma mpenjati biex jghinu lit-tfal u z-zghazagh jikkunsidraw u jiskopru s-sejha t'Alla fil-familja Agostinjana, billi jghixu u jaqsmu maghna l-esperjenza tas-Salmista: “Kemm hi haga sabiha u helwa li l-ahwa jghammru flimkien”.
Li tiehu decizjoni ghal hajtek kollha tista' tkun ferm difficli. Hija esperjenza li ggib maghha sfidi u riskji. Li titkellem minn impenn ghal hajtek kollha jista' jkun li llum m'ghadhiex moda. Madanakollu jekk wiehed jghixha sa l-ahhar tista' tissarraf f'esperjenza ta' ferh, imhabba u sodisfazzjon fil-Mulej. Esperjenza li twassal ghall-ghotja tieghek innifsek ghas-servizz tal-ahwa fil-komunita' u tal-Knisja.
Il-Kummissjoni Provincjali ghall-Vokazzjonijiet, hija mpenjata biex tilhaq it-tfal u z-zghazagh, b'diversi modi u toffrilhom attivitajiet u akkumpanjament li jghinuhom fit-tfittxija kontinwa taghhom fil-hajja.
Jekk int interessat li tkun taf aktar, jew tixtieq tfittex ghajnuna, nistednuk tkompli taqra u tiskopri min ahna u s-servizzi li noffru.
Ahna lesti li nghinuk. Il-bqija jiddependi minnek!