Itlob u irrifletti
Mahbubin zghazagh, rawmu fikom l-imhabba ghall-valuri u l-ghazliet radikali li jaghmlu mill-ezistenza taghkom, servizz lejn l-ohrajn fuq il-passi ta' Gesu' ... Illum ukoll tinstema' s-sejha tal-Mulej Gesu': "Min irid jaqdini jimxi warajja". Tibzghux tilqghuh. Zgur li tiltaqghu ma' diffikultajiet, imma ghad tkunu hienja li qed taqdu, tkunu xhieda ta' dak il-ferh li d-dinja ma tafx taghti. Tkunu nar haj ta' imhabba infinita u dejjiema ..."
Papa Gwanni Pawlu II
Alla ta' kull hajja, inroddlok hajr u nfahhrek ghall-hajja li ghandi ... hajja li hi mimlija bil-harsa ta' mhabbtek. Int tajtni qalb li trid tkun hienja u tasal biex tkun hienja biss meta tistrieh fik. Fija zrajt ix-xewqa li b'hajti naghmel differenza fid-dinja ta' madwari. Taffi l-bizghat u t-tfixkil f'qalbi li jaghmluha iebsa ghalija biex naghraf it-tqanqil ta' l-Ispirtu tieghek, u nisma' l-istedina tieghek. Urini l-ghazlet li jaghmluni hieni. Inkun hieni meta naghraf sew lili nnifsi, waqt li naghraf lilek, Mulej. Ghallimni nifhem kif l-ahjar nuza d-doni li b'tant imhabba sawwabt fuqi meta hejjejtni ghal dan il-vjagg li qed issejjahtli biex naghmlu flimkien. Aghtini l-qawwa li naghzel lilek, kif int ghazilt lili.
Mexxini mill-moghdija tieghek u urini l-gherf tassew. Dawwalni sabiex din l-istedina Agostinjana ssib art tajba f'qalbi li bhal ta' Santu Wistin, nixtieqha li tkun minfuda bil-kelma tieghek.
Marija, qaddejja umli ta' Alla, l-Iben li nissilt ghamel minnek qaddejja tal-familja tal-bnedmin. F'hajtek kont taqdi bl-umilta' u bil-qalb; inti kont il-qaddejja tal-Kelma meta l-Anglu habbarlek il-pjan tas-salvazzjoni; int kont qaddejja tal-fidwa meta kont qieqfa f'riglejn is-salib; inti li kont qaddejja fil-Knisja f'Jum Ghid il-Hamsin. Halli z-zghazagh tal-llum iharsu lejk u aghtihom l-ghajnuna biex jaccettaw l-istedina ta' Gesu' li jaghtu hajjithom kollha ghall-glorja ta' Alla u jifhmu li meta jaqdu lil Alla u s-saltna tieghu jimlew lil qalbhom u hajjithom issir innu ta' glorja lit-Trinita' l-aktar Qaddisa.
Papa Gwanni Pawlu II
L-Imqaddsa Marija ghamlet dejjem u b'mod shih ir-rieda tal-Missir. Ghalhekk jiswa aktar ghal Marija titqies bhala dixxiplu ta' Kristu milli bhala omm Kristu; jiswa aktar, u hu privilegg aktar hieni ghaliha li kienet dixxiplu iktar milli omm Kristu.
Santu Wistin, Priedka 72/A, 7