Min ahna?
L-ahwa Agostinjani
Ahna l-ahwa Agostinjani Maltin naghmlu parti minn tim kbir mifrux f'aktar minn 40 pajjiz madwar id-dinja. Il-hajja taghna naqsmuha flimkien bhal ahwa, waqt li hidmietna huma diversi.
Santu Wistin, li minnu gej l-ideal tal-hajja li ahna nghixu, minn dejjem xtaq jghix hajja komunitarja ma' xi hbieb. Flimkien kienu jaqraw u jitolbu l-Kelma t'Alla, jahdmu u jaqsmu l-jum flimkien. Hafna snin wara li Santu Wistin waqqaf il-komunitajiet tieghu, fl-1244 il-Papa Innocenz IV gabar id-diversi komunitajiet ta' eremiti fl-Italja u minnhom waqqaf l-Ordni Agostinjan: ried li waqt li jghixu l-ideal ta' Santu Wistin permezz tal-hajja komunitarja u r-regola li hu kiteb, jinghataw ghat-tixrid tal-Kelma kull fejn mehtieg.
Fi ftit kliem dan jigbor, l-ideal taghna: inkunu ‘qalb wahda u ruh wahda f'Alla' billi kuljum naqsmu flimkien mumenti ta' talb, l-Ewkaristija, il-hidma, l-ikel u l-mistrieh. Dan kollu nghixuh fl-ispirtu ta' l-ewwel insara ta' Gerusalemm fejn hadd ma kien jghid li xi haga kienet tieghu izda kellhom kollox ta' kulhadd.
Kummissjoni Provincjali ghall-Vokazzjonijiet
Il-Kummissjoni Provincjali Vokazzjonali (KPV) hija mbaghad, kummissjoni fi hdan il-Provincja Agostinjana Maltija, imwaqqfa biex tanima il-promozzjoni u l-hidma ghal aktar vokazzjonijiet Agostinjani. Il-Kummisjoni tiltaqa regolarment biex tistudja pjan ta' hidma pastorali li jilhaq partikolarment it-tfal u z-zghazagh, u tahdem biex torganizza ghalihom attivitajiet li jghinuhom ikomplu jikbru fl-imhabba t'Alla, waqt jiskopru dejjem aktar is-sejha li Alla jista jkun qed jaghmlilhom fil-hajja taghhom. L-attivitajiet tal-Kummisjoni jvarjaw minn laqghat, hargiet, live-ins sa celebrazzjonijiet marbuta ma' granet partikolari bhalma huwa jum il-Vokazzjonijiet Agostinjani (13 ta' Novembru) u l-Open Day fil-Kullegg Santu Wistin.
Il-kummissjoni, li tiltaqa' mill-anqas kull tlett xhur, hija maghmula minn 13 il-Membru. Il-President huwa l-Animatur Provincjali tal-Vokazzjonijiet, P. Alex Cauchi OSA, filwaqt li s-segretarju huwa s-sur Adrian Scicluna. Il-membri l-ohra huma l-Provincjal P. Lucjan Borg OSA, l-Assistent Edukatur Vokazzjonali P. Leslie Gatt OSA, P. Josef Sciberras OSA, P. Franco Grech OSA, P. Pierre Desira OSA, Fra Deo Debono OSA, Fra Stephen Camilleri OSA, Fra Luke Attard Bason OSA, Fra Terence Spiteri OSA, il-prenovizz Antonio Camilleri u s-sur Paul Sammut. Barra mill-laqghat tal-kummissjoni, diversi membri jiltaqghu fi gruppi izghar biex jiddiskutu u jorganizzaw cirkustanzi jew attivitajiet partikolari.