Content on this page requires a newer version of Adobe Flash Player.

Get Adobe Flash player

 
  Navigazzjoni » Santu Wistin
Dhul
Issettja din il-websajt bhala l-homepage tieghek
Zid din il-websajt mal-lista tal-favoriti tieghek
Ipprintja din il-pagna
Ibghat din il-websajt lil hbiebek
Sezzjoni tal-Membri
Fittex fid-direttorju tal-websajt
Ikkuntatjana
Aqra din il-pagna bl-Ingliz
 
 

Navigazzjoni
Introduzzjoni
Ordni ta' Santu Wistin
Provincja ta' San Mark
Santu Wistin
Spiritwalita
Qaddisin Agostinjani
Ikonografija
Komunitajiet
Arkitettura u Arti
Hidma Pastorali
Missjonijiet
Vokazzjonijiet
Talb
Pubblikazzjonijiet
Downloads
Ahbarijiet
Links
Kontributuri


Santu Wistin

Il-hajja ta' Santu Wistin

Wistin twieled fit-13 ta’ Novembru 354 f’Tagaste, belt zghira madwar hamsin mil ‘il gewwa mill-port ta’ Ippona. Ippona tinsab fin-naha ta’ fuq ta’ l-Afrika, fejn illum tinsab l-Algerija. Il-genituri tieghu, Monika u Patrizju, kienu sidien ta’ dar u kellhom ftit artijiet, imma ma kinux meqjusin sinjuri. Monika kienet nisranija konvinta, filwaqt li Patrizju kien pagan sa ftit qabel ma miet, fis-sena 370. Wara li attenda l-iskola elementari f’Tagaste, Wistin, ta’ madwar ghaxar snin, intbaghat jistudja l-grammatika u l-letteratura klassika f’Madawra, belt fil-qrib. Madwar is-sena 369, iz-zaghzugh Wistin kellu jwaqqaf l-istudji tieghu ghal sena minhabba nuqqas ta’ flus biex ihallas l-istudji.

Romanjanu, wiehed ghani minn Tagaste, hallas l-ispejjez biex Wistin seta’ jmur Kartagni halli jkompli jistudja. Dan kien madwar is-sena 370. Wistin, li kien student intelligenti hafna, sar ghalliem u fetah skola f’Tagaste (373 – 374). Beda jghallem ukoll f’Kartagni, fejn baqa’ sas-sena 383.

Ghal hafna snin Wistin kien jghix ma’ mara (li isimha mhux maghruf) u fis-sena 372 kellhom tifel, li semmewh Adeodat. Is-sena ta’ wara Wistin, imhajjar biex isib il-verita’, inghaqad u sar membru tas-setta tal-Manikej u dam disa’ snin shah maghhom. Il-Manikej kienu jemmnu f’zewg allat kbar: wiehed li kien il-hallieq tad-dawl u tat-tajjeb, l-iehor kien il-hakkiem tad-dlam u tal-hazen. Wistin ma sabx twegibiet ghall-mistoqsijiet li kien jaghmel lill-Manikej esperti u hareg iddizappuntat bil-kbir.

Meta kellu tmienja u ghoxrin sena, Wistin telaq minn Kartagni u mar Ruma. Hemm kellu kuntatti li wassluh biex jilhaq professur f’Milan, belt li fiha kien jghix l-Imperatur tal-punent.

L-Isqof ta’ Milan kien Ambrog, il-mexxej spiritwali l-aktar prominenti f’dik il-habta. Wistin kien imur jisimghu jippriedka u din l-ewwel laqgha ma’ persuna Nisranija u intellettwali kienet bizzejjed biex iccaqalqu halli jnehhi l-ideat hziena kontra t-taghlim Kattoliku. Fis-sajf tas-sena 386 wasal il-qofol tal-konflitti li kienu ilhom sejrin fih ghal zmien twil. Wistin jitkellem dwar dan fil-ktieb tieghu l-Istqarrijiet:

... u qomt minn hdejn Alipju, ghax hassejt li jkun ahjar ghalija jekk immur nibki wahdi, u tbeghidt minnu kemm ma nhallihx jifxilni. Dan kien l-istat li sibt ruhi fih u Alipju fehem, ghax jidhirli li ghidtlu xi haga, u l-kisra ta’ lehni wrietu li kont se ninfaqa’ bil-biki. Ghalhekk qomt u hu baqa’ bilqieghda fejn konna, mibluh bil-ghageb. Inxthett ma nafx kif taht sigra tat-tin u hallejt id-dmugh jinxtered qisu xmara minn ghajnejjja bhala sagrificcju li joghgbok. Domt hafna nghidlek, mhux b’dan l-istess kliem, izda f’dan is-sena: Mulej, int kemm se ddum ma tismaghni! Mulej, ghal dejjem se tibqa’ nkurlat! Tiftakrilniex il-htijiet ta’ l-imghoddi. Ghax hassejt htijieti ghadhom izommuni u fil-mizerja tieghi qghadt nokrob u nghid, “Kemm se ddum iggebbed u tghid, Ghada, ghada! Ghax mhux illum! Ghax ma ttemx il-ghajb tieghek issa stess!”

Dan hu li ghidtlek, waqt li fil-qrusa u s-soghba ta’ qalbi bqajt il-hin kollu nibki. U f’daqqa wahda mid-dar fil-qrib wasalli lehen, ma nafx kienx ta’ tifel jew tifla, ikanta u jtenni sikwit, “Hu f’idejk u aqra”. Minnufih wicci ha bixra ohra u bdejt inqalleb hafna mohhi biex niftakar jekk hemmx xi loghob li fih it-tfal is-soltu jkantaw xi haga bhal dik li smajt, izda ma stajtx niftakar li xi darba smajtha xi mkien. Waqqaft ix-xmara tad-dmugh u qomt bilwieqfa. It-tifsira li tajt lil dak il-kant kienet li Alla rieni niftah il-ktieb u naqra l-ewwel kapitlu li nsib. Kont smajt li dara Anton fetah il-ktieb ta’ l-Evangelju u qara dan il-kliem li sthajlu twissija ghalih: Mur, biegh il-gid li ghandek, aghtih lill-foqra u jkollok tezor fis-sema, imbaghad ejja u imxi warajja. Dan il-kliem hadu ghalih u minnufih dar lejk.

Ergajt mort malajr fejn Alipju kien baqa’ bil-qieghda, meta tlaqt minn hdejn, hemmhekk hallejt warajja l-Ktieb ta’ l-Ittri ta’ l-Appostlu. Qbadt f’idejja, ftahtu, u qrajt fis-skiet l-ewwel kapitlu li waqa’ taht ghajnejja: Mhux bl-ikel iz-zejjed u ssokor, mhux biz-zina u t-tahrid, mhux bil-glied u l-ghira, imma ilbsu lil Sidna Gesu Kristu u hallukom mill-hsieb tal-gisem u l-gibdiet tieghu. Ma ridtx naqra izjed, ghax ma kellix ghalfejn. Kif temmejt il-qari ta’ dan il-kliem, minnufih hassejt qisu dawl ta’ fiducja shiha jimlili qalbi u d-dlamijiet kollha tad-dubju harbu.

Lejn l-ahhar tas-sena 386, Wistin telaq minn ghallliem u beda jahseb biex jitghammed fil-Knisja Kattolika. L-Isqof Ambrog ghammdu fil-Vgili ta’ l-Ghid tassena 387. Fi triqthom lura lejn l-Afrika, Wistin flimkien ma’ ommu Monika kellhom jieqfu fil-belt ta’ Ostja aktar milli kien mistenni. Tul din il-waqfa taghhom hemmhekk, Monika halliet din il-hajja.

Meta rega’ lura d-dar f’Tagaste, Wistin ghaqqad komunita’ zghira li tiddedika hajjitha ghall-hajja religjuza ta’ talb u studju. Imma f’daqqa wahda kellhom jinbidlu l-pjanijiet kollha ghax wara li ghamel zjara f’Ippona fis-sena 381, Wistin kellu bilfors jaccetta li jigi ordnat sacerdot u jghin fit-tmexxija minhabba li l-Isqof tal-post kien mghobbi biz-zmien. Ftit snin wara lahaq Isqof ta’ Ippona. L-Isqof fl-Afrika ta’ zmien ir-Rumani ma kienx biss ir-raghaj spiritwali, l-ghalliem u predikatur, imma wkoll l-imhallef li jaqta’ s-sentenzi fil-qorti. Sahhet Wistin kienet wahda dghajfa u l-bicca l-kbira ta’ dak kollu li kiteb seta’ jsir bis-sahha ta’ l-ghajnuna li kellu ta’ shabu l-patrijiet. Wiehed ghadu jista’ jara l-hafna ittri u priedki tieghu. L-aktar xogholijiet maghrufa huma l-Istqarrijiet, Fuq it-Trinita’ u Il-Belt t’Alla.

Ghalkemm kellu hafna responsabilitajiet, Wistin qatt ma warrab l-ideali tal-komunita’ tieghu. Bhala sacerdot kien il-fundatur ta’ monasteru fuq parti minn art tal-knisja moghtija lilu mill-Isqof Valerju. Bhala Isqof biddel id-dar tieghu f’monasteru u fih kulhadd kien jghix il-hajja komunitarja. L-ideal ta’ Santu Wistin sab il-qofol tieghu sekli wara meta ffurmaw hafna komunitajiet religjuzi li lkoll imxew fuq ir-Regola ta’ Santu Wistin u ghenu hafna mit-tixrid ta’ l-evangelju lill-fqar f’diversi pajjizi. Dawn il-komunitajiet xerrdu l-ahbar it-tajba fid-dinja, iddefendew il-fidi bil-predikazzjoni u bit-taghlim, u hadmu fosti l-fqar. LAgostinjani huma meqjusa bhala l-werrieta spiritwali ta’ Santu Wistin.

Ghad-dinja kollha Santu Wistin jibqa’ mfakkar bhala dak il-hassieb il-kbir, bhala dak li fih wiehed jista’ jara l-ispiritwalita’ tal-Knisja u l-izvilupp tat-tixrid ta’ l-Evangelju. M’ghandniex ninsew li l-komunita’, it-talb u t-tfittxija ta’ Alla kienu l-mottivi li minnhom gab is-sahha biex jirnexxi.

Wistin miet fit-28 ta’ Awwissu 430, il-jum meta niccelebraw il-festa tieghu. Il-festa tal-konverzjoni ta’ Santu Wistin tigi ccelebrata fl-24 ta’ April.

 

 


Tfittxija
 


all words
any words
exact phrase


Kalendarju

 

 

 

© Provincja Agostinjana Maltija
support@augmalta.org

 

counter free hit invisible